fbpx
IBAGĦTILNA

Żid mal-ġabra ta' stejjer

SEJĦA GĦALL-ISTEJJER DWAR IR-RITWALI TAGĦNA


Aħseb ftit -

1. Tħobb tmur iddur xi festa? Qatt ħadt sehem f'xi pellegrinaġġ? Involut f'xi għaqda jew imsieħeb f'xi fratellanza? Min stiednek tkun parti minn dawn ir-ritwali? Għandek xi tifkira sabiħa ta' xi festa? Jew forsi kurjuż/a dwar ir-ritwali iżda issib diffikultà sabiex tifhimhom?

2. Għandek xi ritratt, vidjow ta' xi festa, purċissjoni, jew ritwal ieħor li inti devot lejha, li ħadt inti u li tixtieq tibagħtilna?

Ibagħtilna l-istorja tiegħek u kun parti mill-proġett RITWALI - mogħdija qalb ir-ritwali tagħna u l-istejjer tagħhom, madwarhom u maħluqa minnhom.

Bil-kontribut tiegħek u ta’ diversi oħra qed nimmiraw li ngħaqqdu ritwali, riti u tradizzjonijiet Maltin f'mappa waħda fuq is-sit elettroniku ritwali.mt u l-midja soċjali tagħna. Huwa mod ta' kif ningħaqdu, speċjalment fl-isfond ta' ritwali li ma stajniex ngħixu u ngħajxu b'mod normali sforz il-kriżi dinjija tal-pandemija.


X'QED INFITTXU

Xi stejjer għandek x’taqsam magħna? Kull storja mistennija tikkontribwixxi bil-mod tagħha lejn din in-nisġa ta’ stejjer dwar festi, pellegrinaġġi, riti u ritwali oħra. Kull kontribut se jiġi kkurat u miżmum għas-sit elettroniku tagħna ritwali.mt, il-midja soċjali u l-arkivji tagħna.

Qed infittxu KITBIET, MEMORJI, RECORDINGS, RITRATTI jew VIDJOWS tal-festi, funzjonijiet, u ritwali ta’ kull tip. Dawn jistgħu jkunu festi kbar jew żgħar bħal pereżempju:

  • festi tar-raħal
  • festi żgħar
  • pellegrinaġġi jew purċissjonijiet

Fil-każ li għandek ritwal u/jew festa oħra f’moħħok li mhumiex imsemmija hawn, kellimna xorta waħda fuq [email protected]

Kull kollaboratur/sors se jkun mogħti l-krettu direttament fuq il-pjattaformi ta' RITWALI. RITWALI huwa maħluq bl-idea li jibni ħoloq u kollaborazzjonijiet bejn proġetti, siti, pjattaformi ġa eżistenti u dedikati għar-ritwali (inkluż festi u tradizzjonijiet oħra) madwar il-gżejjer Maltin.


DWAR IL-PROĠETT

RITWALI se jkun spazju onlajn fejn perspettivi differenti jistgħu jiltaqgħu u jitħaddtu abbażi ta' fondazzjoni komuni u b'saħħitha ddedikata għall-memorja kollettiva, kif ukoll fejn ideat, riċerka u xogħol kreattiv u artistiku marbut mar-ritwali jitqiegħdu flimkien biex jgħaqqdu mappa waħda.

RITWALI jinkorpora fih serje ta' azzjonijiet fuq livell kollettiv li jħaddnu valuri u aspirazzjonijiet ta' diversi, li fihom innfushom joħolqu narrattivi tassew vibranti u immaġinjarji vividi marbuta mal-għeruq storiċi u kulturali tagħhom. Tul iż-żmien, il-memorja kollettiva ta' ġenerazzjonijiet kbar u żgħar tista' tkompli titkattar bis-saħħa ta' ritwali kkreati u moqrija f'dan is-sens, madwar il-gżejjer Maltin.

Ir-ritwali huma mod ta' kif aħna nifhmu aħna min aħna, kif konna minn dejjem u kif għad inkunu, tul iż-żmien u fil-post li nkunu. Bihom nistgħu nwittu t-triq lejn għaqda dejjem iktar sħiħa f'termini ta' komunità u appartenenza fuq livell soċjali.

Nitolbukom ġentilment timlew din il-formola hawn taħt. Nisimgħu mingħandkom!

F'każ ta' xi mistoqsijiet, ikkuntattjawna fuq [email protected] Il-proġett huwa megħjun bil-fondi tal-Kunsill Malti għall-Arti, bil-Malta Arts Fund 2020 - Special Call.



Click or drag files to this area to upload. You can upload up to 10 files.
IBAGĦTULNA